Kamra tas-sodda spare Spare bedroom

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KAMRA TAS-SODDA SPARE għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA jsir biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel fin-nofs fuq quddiem. Il-werrejja jersqu lejn il-ġnub imbagħad jersqu lura u wara jersqu fin-nofs fejn jerġgħu jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal RAQAD. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jitqiegħdu pala ma’ pala fil-ġenb tar-ras waqt li r-ras tmil fuqhom. (iii) Fl-aħħar l-idejn jżommu l-forma ta’ 5 u jitqiegħdu bi skoss fuq quddiem ftit ’il bogħod minn xulxin bil-pala tħares ’l isfel.

The sign for SPARE BEDROOM has three parts. (i) First, the sign for ROOM is made with both hands in the shape of 1 with palms facing downwards at the front in the middle. The index fingers move towards the sides then move backwards and finally go back to the middle where they meet again. (ii) Then the sign for SLEEP is made. The hands take the shape of 5 and are placed palm to palm at the side of the head which leans over them. (iii) Finally, the hands keep the same 5 shape and are placed jerkily forward a little away from each other with palms facing downwards.